Għannej Għannej huwa sensiela ta’ sessjonijiet ta’ għana mtellgħa mid-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. F’dan l-avveniment, mifrux fuq erba’ xhur, gruppi ta’ għannejja kull nhar ta’ Ħadd filgħodu se jkunu qed jgħannu fil-pjazez tal-irħula madwar Għawdex.
L-ewwel sessjoni se tkun nhar il-Ħadd, 26 ta’ Frar fi Pjazza San Franġisk, fil-Belt Victoria. Għannej Għannej jiġi fi tmiemu bejn is-19 u l-21 ta’ Mejju, fejn il-Ġimgħa ssir ikla tradizzjonali fl-irħajjel pittoresk ta’ Santa Luċija waqt li l-Ħadd issir quddiesa animata bl-għana fil-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Fontana.
It-tieni sessjoni se tkun nhar il-Ħadd, 5 ta’ Marzu fi Pjazza tal-Knisja, il-Munxar.
Għannej Għannej jiġi fi tmiemu bejn is-19 u l-21 ta’ Mejju, fejn il-Ġimgħa ssir ikla tradizzjonali fl-irħajjel pittoresk ta’ Santa Luċija waqt li l-Ħadd issir quddiesa animata bl-għana fil-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Fontana.